Language 

Latest Message, Novembru 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
Għeżież uliedi, il-Missier ma ħallikomx għal raskom. Bla qjies hija mħabbtu, dik l-imħabba li qegħdha ġġibni għandkom, sabiex ngħinkom issiru tafuh, sabiex permezz ta' Ibni, ilkoll kemm intkom, bil-qalb kollha, tistgħu ssejħulu 'Missier'; sabiex tistgħu tkunu poplu wieħed fil-familja ta' Alla. Madankollu uliedi, tinsewx li intom m' intomx f' din id-dinja għalikom biss u li jien m' iniex insejħilkom hawn għalikom biss. Dawk li jimxu wara Ibni, jaħsbu f' ħuhom fi Kristu bħalhom infuskom stess u ma jafux xi tfisser tiġbed lejk biss. Għalhekk nixtieqkom tkunu d-dawl ta' Ibni. Sabiex għal dawk li għadhom ma għarfux lill-Missier - għal dawk kollha li jimirħu fid-dlam tad-dnub, tad-disperazzjoni, ta' l-uġigħ u li jħossuhom waħedhom - intom tistgħu ddawwlu t-triq u b'ħajjtikom tistgħu turuhom l-imħabba ta' Alla. Jiena magħkom. Jekk tiftħu qlubkom Jiena mmexxikom. Nerġa' nitlobkom: itolbu għar-rgħajja tagħkom. Grazzi.

Ottubru 25, 2011 (Monthly)
 

 


Wap Home | Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN]

Powered by www.medjugorje.ws