Language 

Our Lady of Medjugorje Messages containing 'materna'

Total found: 17
Gheziez uliedi, b' imhabba materna nixtieq inheggigkom biex thobbu lill-proxmu taghkom. J'Alla Ibni jkun l-ghajn ta' dik l-imhabba. Hu li seta' jaghmel kollox bil-qawwa, ghazel l-imhabba u takom ezempju. Illum ukoll permezz tieghi, Alla qed jesprimi lejkom tjubija bla limiti u intom uliedi obbligati twiegbu ghaliha. Bl-istess tjubija u generozita giebu ruhkom ma' l-erwieh li tiltaqghu maghhom. J' Alla mhabbitkom tikkonvertihom. B' dan il-mod Ibni u mhabbtu jirxuxtaw fikom. Grazzi.
Il-Madonna ziedet : "Ir-rghajja taghkom ghandhom ikunu fi qlubkom u f' talbkom."
Gheziez uliedi! Ghall-fatt li Jien qed nigi ghandkom hawn fostkom, il-kobor t' Alla qed jigi rifless u t-triq lejn l-hena eterna ma' Alla qed tinfetah. Thossukomx dghajfa, wahedkom u abbandunati. Bil-fidi, it-talb u l-imhabba, itilghu l-gholja tas-salvazzjoni. Jalla l-quddiesa, l-oghla u l-aktar att qawwi ta' talb ghalikom, tkun ic-centru tal-hajja spiritwali taghkom. Emmnu u hobbu uliedi. Dawk li Ibni ghazel u sejjah jghinukom f' dan ukoll. Lilkom u b' mod specjali lilhom, naghti l-barka materna tieghi. Grazzi.
Il-Madonna bierket lil kull min kien prezenti u anke l-oggetti religjuzi li gabu bil-barka materna taghha.
Gheziez uliedi! Jalla hajjitkom mill-gdid tkun decizzjon favur il-paci. Kunu messaggiera ferrieha tal-paci u tinsewx li intom qed tghixu fi zmien ta' grazzja fejn Alla qed jaghtikom grazzji kbar permezz tal-pezenza tieghi. Tghalqux lilkom nfuskom tfal ckejknin, izda ghamlu uzu tajjeb minn dan iz-zmienu u fittxu d-don tal-paci u l-imhabba fil-hajja taghkom, halli tkunu xhieda ghal ohrajn. Inberikkom bil-barka materna tieghi. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
Gheziez uliedi, ghal darb' ohra nsejhilkom ghall-fidi. Il-qalb materna tieghi tixtieq li qalbkom tinfetah sabiex tkun tista' tghid lil qalbkom: Emmen. Uliedi, il-fidi biss taghtikom il-qawwa fil-provi tal-hajja. Hi ggeddidilkom ruhkom u tifthilkom il-moghdijiet tat-tama. Jiena maghkom. Nigborkom madwari ghax nixtieq nghinkom, halli tkunu tistghu tghinu lill-proxmu taghkom jiskopri l-fidi, li hi l-unika hena u ferh tal-hajja. Grazzi!
Il-Madonna bierket 'l kull min kien prezenti u l-oggetti religjuzi li gabu. Ghal darb' ohra qaltilna nitolbu ghall-qassisin specjalment f' dan iz-zmien.
Skond Mirjana l-Madonna dehret qalbha sewda u tat biss dan il-messagg u l-barka taghha:
Gheziez uliedi! Issa diga ili ghal hafna zmien noffrilkom il-qalb materna tieghi u lil Ibni. Intom qeghdien tirrifjutawni. Qed thallu lid-dnub jahkimkom dejjem iktar u iktar. Qed thalluh isir is-sid taghkom u jnehhilkom il-qawwa tad-dixxerniment. Tfal foqra tieghi, harsu madwarkom u araw is-sinjali taz-zminijiet.Tahsbu li tistghu tghaddu minghajr il-barka t' Alla? Thallux lid-dlam jaghlaqkom. Minn qiegh qalbkom sejhu lil Ibni. Ismu jkecci anke l-izjed lejl mudlam. Jiena nkun maghkom, sejhuli biss, 'Ahna hawn Ma, mexxina.' Grazzi.
Gheziez uliedi, qed nigi bl-imhabba materna tieghi biex nurikom it-triq li fuqha ghandkom timxu halli intom tkunu kollha dejjem iktar bhal Ibni; u b' hekk tkunu eqreb u iktar ghal qalb t' Alla. Tirrifjutawx imhabbti.Tichdux is-salvazzjoni u l-hajja ta' dejjem minhabba f' dak kollu li jghaddi u l-frivolitajiet tal-hajja. Jiena ninsab fostkom biex immexxikom u bhala omm, inwissikom. Ejjew mieghi.
Gheziez uliedi, b' qalb materna llum qed insejhilkom biex titghallmu tahfru kompletament u bla ebda kundizzjonijiet. Intom tbatu ingustizzja, tradimenti u persekuzzjonijiet, izda b' dan intom eqreb u eghzez ghal Alla. Gheziez uliedi, itolbu ghad-don ta' l-imhabba. L-imhabba biss tahfer kollox, bhalma Ibni jahfer - imxu warajh. Jiena ninsab fostkom u qed nitlob sabiex meta intom tigu quddiem il-Missier tkunu tistghu tghidu, 'Hawn jien Missier, jien imxejt wara Ibnek, kelli l-imhabba u hfirt mill-qalb ghax jien emmint fil-gudizzju tieghek u afdajtek.' Grazzi.
Gheziez uliedi, b' imhabba materna llum nsejhilkom biex tkunu fanal ghall-erwieh kollha li jterrqu fid-dlam ta' l-injoranza fuq l-imhabba ta' Alla. Sabiex tixeghlu iktar u tigbdu aktar erwieh, thallux kull mhuwiex veru li johrog minn fommkom isiktilkom il-kuxjenza. Kunu perfetti. Jiena qed immexxikom b' id materna - id ta' mhabba. Grazzi.
Għeżież uliedi, is-sejħa materna li qed nindirizza lejkom illum, hija sejħa ta' verita' u ħajja. Ibni, li hu ħajja, iħobbkom u jafkom fil-verita'. Biex issiru tafu u tħobbu lilkom infuskom, tridu ssiru tafu lil Ibni; biex issiru tafu u tħobbu lil ohrajn tridu taraw lil Ibni fihom. Għalhekk uliedi itolbu, itolbu ħalli tkunu tistgħu tifhmu u ċċedu bi spirtu li hu ħieles, tkunu mibdula kompletament, u b' dan il-mod, ikun jista' ikollkom is-saltna tas-sema fi qlubkom hawn fl-art. Grazzi.
Għeżież uliedi! Illum ninsab magħkom u nberikkom bil-barka materna tiegħi tal-paċi u nħeġġiġkom biex tgħixu l-ħajja tagħkom tal-fidi dejjem iktar għax għadkom dgħajfa u m' intomx umli. Inħeġġiġkom tfal ċkejknin li titkellmu inqas u li taħdmu iktar fuq il-konverżjoni personali tagħkom sabiex ix-xhieda tagħkom tagħti l-frott. U jalla ħajjitkom tkun talba bla waqfien. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi! B' perseveranza materna u b' imħabba qed inġibilkom id-dawl tal-ħajja sabiex jeqred id-dlam tal-mewt fikom. Tirrifjutawnix uliedi. Ieqfu u ħarsu fikom infuskom u araw kemm intom midinbin. Kunu konxji ta' dnubietkom u itolbu maħfra. Uliedi, ma tixtiequx taċċettaw li intom dgħajfa u żgħar, iżda tistgħu tkunu b' saħħitkom u kbar billi twettqu r-rieda t' Alla. Agħtuni qlubkom imnaddfa sabiex jien indawwalhom bid-dawl tal-ħajja, Ibni. Grazzi.
Għeżież uliedi! Illum insejħilkom għall-għaqda f' Ibni Ġesu'. Il-qalb materna tiegħi titlob biex intom tifhmu li intom il-familja ta' Alla. Permezz tal-liberta' spiritwali tar-rieda, li l-Missier tas-sema takom, intom mitluba li tgħarfu l-verita', it-tajjeb jew il-ħażen. Jalla t-talb u s-sawm jiftħu qlubkom u jgħinukom tiskopru lill-Missier tas-Sema permezz ta' Ibni. Filli tiskopru lill-Missier, ħajjitkom tkun immexxiha filli twettqu r-rieda ta' Alla u fit-twaqqif tal-familja ta' Alla, fil-mod kif Ibni jixtieqha. Ma nħallikomx waħedkom fuq din il-mogħdija. Grazzi.
Matul id-dehra, Mirjana ħasset li setgħet jew kellha tgħid lill-Madonna, "Aħna lkoll ġejna għandek bit-tbatija u s-slaleb tagħna. B' ħerqa nitolbuk biex tgħinna." Bħala tweġiba, il-Madonna firxet idejha fuq Mirjana u fuq kull min kien preżenti u qalet:
Iftħu qlubkom għalija. Agħtuni t-tbatijiet tagħkom. L-Omm tgħin.
Għeżież uliedi! Il-qalb materna tiegħi ssoffri tremendament waqt li nħares lejn uliedi, li b' persistenza jpoġġu quddiemhom dak li hu uman qabel dak li hu ta' Alla, lejn uliedi li b' dak kollu li hemm madwarhom u bis-sinjali kollha li jintbagħtulhom xorta waħda jaħsbu li jistgħu jimxu mingħajr Ibni. Ma jistgħux! Qed jimxu lejn it-telfien ta' dejjem. Huwa għal dan il-għan li qed niġborkom, intom li lesti li tiftħu qlubkom għalija, intom li lesti tkunu appostli ta' l-imħabba tiegħi, sabiex tgħinuni; ħalli billi tgħixu l-imħabba ta' Alla intom tistgħu tkunu eżempju għal dawk li ma jafuhiex. Jalla s-sawm u t-talb jgħinkom f' dan u nberikkom b' barka materna fl-isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu. Grazzi.
Mirjana qalet li l-Madonna kienet qalbha sewda ħafna.
Għeżież uliedi! Jiena magħkom f' isem l-ikbar Imħabba, f' isem Alla l-għażiż, li ġie qrib tagħkom permezz ta' Ibni u wrikom il-vera mħabba. Nixtieq immexxikom fuq it-triq ta' Alla. Nixtieq ngħallimkom il-vera mħabba sabiex l-oħrajn ikunu jistgħu jarawha fikom, sabiex intom tarawha fl-oħrajn, sabiex intom tkunu aħwa għalihom u sabiex l-oħrajn jaraw fikom aħwa ħanina. Uliedi tibżgħux tiftħu qlubkom għalija. B' imħabba materna jiena nurikom x' qed nistenna minnkom, x' qed nistenna mill-appostli tiegħi. Imxu miegħi. Grazzi.
Mirjana qalet li l-Madonna bierket lil kull min kien preżenti u l-oġġetti reliġjużi li kellhom. Il-Madonna wkoll talbet biex isir talb għas-saċerdoti u qalet: "Nerġa' nenfasizza li jien se nittrijonfa magħhom."
Għeżież uliedi! Illum b' mod speċjali nixtieq nistedinkom għall-konverżjoni. Mill-lum jalla tibda ħajja ġdida fi qlubkom. Uliedi, nixtieq nara l-'iva' tagħkom, u jalla ħajjitkom issir għajxien ferrieħi tar-rieda ta' Alla f' kull mument ta' ħajjitkom. B' mod speċjali llum, nberikkom bil-barka materna tiegħi ta' paċi, imħabba u għaqda f' qalbi u f' qalb Ibni Ġesu'. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi! B' imħabba materna jiena nixtieq niftaħ il-qalb ta' kull wieħed u waħda minnkom u ngħallimkom l-unjoni personali mal-Missier. Biex taċċettaw dan, tridu tifhmu li intom importanti għal Alla u li qed isejħilkom individwalment. Tridu tifhmu li talbkom huwa konverżazzjoni ta' tfajjel ma' Missieru; li l-imħabba hi t-triq li għandkom tterrqu - imħabba lejn Alla u lejn il-proxmu. Din hi, uliedi, l-imħabba li m' għandhiex limiti, din hi l-imħabba li toħroġ mill-verita' u li tibqa' sejra sa' l-aħħar. Imxu warajja wliedi sabiex anke oħrajn, meta jgħarfu il-verita' u l-imħabba fikom, isegwukom. Grazzi.
Għal darb' oħra l-Madonna talbitna nitolbu għar-rgħajja tagħna u qalet: "Għandhom post speċjali f' qalbi. Huma jirrapreżentaw lil Ibni."
Għeżież uliedi; Illum ukoll il-qalb materna tiegħi issejħilkom għat-talb, għar-relazzjoni personali tagħkom ma' Alla l-Missier, għall-ferħ tat-talb fiĦ. Alla l-Missier m' huwiex 'l bogħod minnkom u m' huwiex xi ħadd li ma tafuħx. Hu rrivela lilu nnifsu lilkom permezz ta' Ibni u takom il-ħajja, jiġifieri Ibni. Għaldaqstant uliedi iċċedux għat-tentazzjonijiet li jridu jisseparawkom minn Alla l-Missier. Itolbu! Tippruvawx ikollkom familji u soċjetajiet mingħajru. Itolbu! Itolbu sabiex qlubkom ikunu mfawwra bit-tjubija li tiġi biss minn Ibni, li Hu tjubija sinċiera. Il-qlub mimlija bit-tjubija biss jistgħu jifhmu u jilqgħu lil Alla l-Missier. Jien se nkompli mmexxikom. B' mod speċjali nitlobkom sabiex ma tiġġudikawx lir-rgħajja tagħkom. Uliedi qegħdien tinsew li Alla l-Missier sejħilhom? Itolbu! Grazzi.
Mirjana qalet, "Qatt ma għidt xejn qabel, imma intkom konxju ħuti li l-Omm ta' Alla kienet magħna? Kull wieħed għandi jsaqsi lilu nnifsu, 'Jiena jistħoqqli dan?' . Qed ngħid dan għax huwa diffiċli għalija naraha (lill-Madonna) muġugħa, għaliex kull wieħed minna qed ifittex miraklu iżda ma jridx iwettaq miraklu fih."
To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 


Wap Home | Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN]

Powered by www.medjugorje.ws