Our Lady of Medjugorje Messages containing 'sens'
Total found: 2 “Għeżież uliedi! Alla takom il-grazzja li tgħixu u tiddefendu dak kollu li huwa tajjeb fikom u madwarkom, u li tispiraw lil oħrajn sabiex ikunu aħjar u aktar qaddisa; iżda ukoll satana ma jorqodx u permezz tal-moderniżmu qed jiżvijakom u jmexxikom fuq it-triq tiegħu. Għaldaqstant tfal ċkejknin, fl-imħabba għall-qalb immakulata tiegħi, ħobbu lil Alla fuq kollox u għixu l-kmandamenti tiegħu. B' dan il-mod ħajjitkom ikollha sens u ssaltan il-paċi fid-dinja. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi. ”
“Għeżież uliedi! Illum insejħilkom biex bit-talb u s-sawm, tnaddfu t-triq li minnha jgħaddi Ibni fi qlubkom. Aċcettawni bħala omm, u bħala messaġġiera ta' l-imħabba t' Alla u tax-xewqa tiegħu ghas-salvazzjoni tagħkom. Eħilsu lilkom infuskom minn dak kollu li jtaqqalkom mill-passat u jagħtikom sens ta' ħtija; minn dak kollu li wassalkom għall-iżball - għad-dlam. Aċcettaw id-dawl. Erġgħu twieldu mill-ġdid fil-ġustizzja ta' Ibni. Grazzi. ”
Reflection of message
To compare Medjugorje messages with another language versions choose