Our Lady of Medjugorje Messages containing 'tahsbu'
Total found: 2 “Gheziez uliedi! F' dan iz-zmien meta qed tahsbu dwar il-mistrieh fiziku, Jiena nsejhilkom ghall-konverzjoni. Itolbu u ahdmu halli qalbkom tixxennaq ghal Alla l-Hallieq, li Hu l-veru mistrieh ta' ruhkom u ta' gisimkom. Jalla Hu jirrivelalkom 'l wiccU u jalla jaghtikom l-paci tieghU. Jiena maghkom u nintercedi quddiem Alla ghal kull wiehed u wahda minnkom. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi. ”
Skond Mirjana l-Madonna dehret qalbha sewda u tat biss dan il-messagg u l-barka taghha:
“Gheziez uliedi! Issa diga ili ghal hafna zmien noffrilkom il-qalb materna tieghi u lil Ibni. Intom qeghdien tirrifjutawni. Qed thallu lid-dnub jahkimkom dejjem iktar u iktar. Qed thalluh isir is-sid taghkom u jnehhilkom il-qawwa tad-dixxerniment. Tfal foqra tieghi, harsu madwarkom u araw is-sinjali taz-zminijiet.Tahsbu li tistghu tghaddu minghajr il-barka t' Alla? Thallux lid-dlam jaghlaqkom. Minn qiegh qalbkom sejhu lil Ibni. Ismu jkecci anke l-izjed lejl mudlam. Jiena nkun maghkom, sejhuli biss, 'Ahna hawn Ma, mexxina.' Grazzi. ”
To compare Medjugorje messages with another language versions choose