Our Lady of Medjugorje Messages containing 'talba'
Total found: 3 “Gheziez uliedi, bil-grazzja ta' Alla, Jiena maghkom biex naghmilkom kbar, kbar fil-fidi u fl-imhabba, lilkom ilkoll. Intom li qlubkom saret iebsa daqs il-gebel minhabba fid-dnub u l-htija*, izda intom erwieh devoti, Jiena nixtieq indawwal b' dawl gdid. Itolbu biex it-talba tieghi tiltaqa' ma' qlub miftuha, halli Jiena nkun nista' ndawwalhom bil-qawwa tal-fidi u niftah il-moghdijiet ta' l-imhabba u t-tama. Ipperseveraw. Jiena se nkun maghkom. ”
*Hekk kif il-Madonna qalet dan il-kliem, Hi bdiet thares lejn dawk prezenti, li ghalihom dan jirreferi, b' harsa mimlija ugigh u dmugh f' ghajnejha.
Il-Madonna mbaghad bierket lil dawk kollha prezenti u l-oggetti religjuzi li gabu maghhom ghat-tberik.
“Għeżież uliedi! Illum ninsab magħkom u nberikkom bil-barka materna tiegħi tal-paċi u nħeġġiġkom biex tgħixu l-ħajja tagħkom tal-fidi dejjem iktar għax għadkom dgħajfa u m' intomx umli. Inħeġġiġkom tfal ċkejknin li titkellmu inqas u li taħdmu iktar fuq il-konverżjoni personali tagħkom sabiex ix-xhieda tagħkom tagħti l-frott. U jalla ħajjitkom tkun talba bla waqfien. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi. ”
“Għeżież uliedi, it-talba tiegħi għalikom illum hi biex intom ilkoll tfittxu l-grazzja tal-konverżjoni. Qed tħabbtu fuq il-bieb ta' qalbi, iżda mingħajr tama u talb, u mingħajr is-sagrament tar-rikonċiljazzjoni ma' Alla. Ħallu d-dnub, tfal ċkejknin, u ddeċidu għall-qdusija. B' dan il-mod biss nista' ngħinkom, nisma' talbkom u ninterċedi għalikom quddiem Alla l-għoli. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi. ”
To compare Medjugorje messages with another language versions choose