Language 

Our Lady of Medjugorje Messages by month Frar

 

Message, Frar 25, 2011
Għeżież uliedi! In-natura qegħedha tistenbaħ, u fuq is-sigar l-ewwel żagħar li għad iġibu fjuri u frott mill-isbaħ qed jibdew jidhru. Jiena nixtieq li intom ukoll tfal ċkejknin taħdmu fuq il-konverżjoni tagħkom u tkunu dawk li jixhdu b' ħajjithom sabiex l-eżempju tagħkom ikun sinjal u inċentiv għall-konverżjoni fl-oħrajn. Jiena magħkom u quddiem Ibni ninterċedi għall-konverżjoni tagħkom. Grazzi talli weġibtu għas-sejħa tiegħi.
 

Message, Frar 2, 2011 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
Għeżież uliedi, qed tinġabru madwari, qed tfittxu triqitkom, qed tfittxu, tfittxu l-verita' iżda qed tinsew dak li hu l-iktar importanti, qed tinsew titolbu sewwa. Xuftejkom ilissnu ħafna kliem, iżda l-ispirtu tagħkom ma jħoss xejn. Waqt li tiġġerrew fid-dlam, saħansitra qed timmaġinaw lil Alla nnifsu skont ma taħsbu intom, u mhux kif inhu tassew f' imħabbtu. Għeżież uliedi, it-talb sew joħroġ mill-fond tal-qalb, mit-tbatija tagħkom, mill-ferħ tagħkom, filli tfittxu l-maħfra tad-dnubiet. Din hi l-mogħdija li permezz tagħha tgħarfu lil Alla l-veru, u permezz tagħha anke lilkom nfuskom, għax intom ġejtu maħluqa skont Hu. It-talb jwassalkom għat-twettiq tax-xewqa tiegħi, tal-missjoni tiegħi fostkom, għall-għaqda fil-familja ta' Alla. Grazzi.
Mirjana ma kienitx f' Medjugorje għad-dehra llum. Qaltilna li l-Madonna bierket lil kull min kien preżenti, irringrazzjathom u talbitna nitolbu għas-saċerdoti.
 

Message, Frar 25, 2010
Gheziez uliedi! F' dan iz-zmien ta' grazzja, meta n-natura qed thejji ruhha biex taghti l-isbah ilwien tas-sena, insejhilkom tfal ckejknin sabiex tifthu qlubkom ghal Alla l-hallieq halli Hu jittrasformakom u jiffurmakom fl-ixbiha tieghu, sabiex it-tajjeb kollu li raqad fi qlubkom jerga' jqum ghall-hajja gdida u jixxennaq ghall-eternita'. Grazzi talli wegibtu ghas-sejha tieghi.
 

Message, Frar 2, 2010 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
Gheziez uliedi, b' imhabba materna llum nsejhilkom biex tkunu fanal ghall-erwieh kollha li jterrqu fid-dlam ta' l-injoranza fuq l-imhabba ta' Alla. Sabiex tixeghlu iktar u tigbdu aktar erwieh, thallux kull mhuwiex veru li johrog minn fommkom isiktilkom il-kuxjenza. Kunu perfetti. Jiena qed immexxikom b' id materna - id ta' mhabba. Grazzi.
 

Message, Frar 2, 2009 - Messagg moghti minn Sidtna Marija lil Mirjana Dragicevic Soldo
Gheziez uliedi llum bil-qalb tieghi ta' Omm nixtieq infakkarkom partikolarment u nigbdilkom l-attenzjoni taghkom dwar l-imhabba bla qjies ta' Alla u fuq il-pacenzja li tohrog minnha. Missierkom qed jibghatni u qed jistenna. Qed jistenna lill-qlub miftuha taghkom sabiex ikunu mhejjija ghax-xoghol tieghu. Qed jistenna li fl-ispirtu ta' Ibni, qlubkom ikunu maghquda f' imhabba nisranija u hniena. Titilfux hin uliedi ghax m' intomx is-sidien tieghu. Grazzi.
To compare Medjugorje messages with another language versions choose

 


Wap Home | Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN]

Powered by www.medjugorje.ws