Language 

Medjugorje Website Updates - Our Lady of Medjugorje Messages

Awwissu 25, 2008 /  Section: Our Lady of Medjugorje Messages - Category: Monthly Messages
Gheziez uliedi! Anke llum insejhilkom ghall-konverzjoni personali.Kunu intom dawk li jikkonvertu, u bil-hajja taghkom, tkunu xhieda, hobbu, ahfru u gibu l-ferh ta' l-Irxoxt f' din id-dinja fejn Ibni miet u fejn in-nies ma jhossux il-htiega li jfittxuh u li jiskopruH f' hajjithom. Intom tadurawH, u jalla t-tama taghkom tkun tama ghal dawk il-qlub li m' ghandhomx 'l Gesu'. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi!
Awwissu 2, 2008 /  Section: Our Lady of Medjugorje Messages - Category: Mirjana
Gheziez uliedi! Ghall-fatt li Jien qed nigi ghandkom hawn fostkom, il-kobor t' Alla qed jigi rifless u t-triq lejn l-hena eterna ma' Alla qed tinfetah. Thossukomx dghajfa, wahedkom u abbandunati. Bil-fidi, it-talb u l-imhabba, itilghu l-gholja tas-salvazzjoni. Jalla l-quddiesa, l-oghla u l-aktar att qawwi ta' talb ghalikom, tkun ic-centru tal-hajja spiritwali taghkom. Emmnu u hobbu uliedi. Dawk li Ibni ghazel u sejjah jghinukom f' dan ukoll. Lilkom u b' mod specjali lilhom, naghti l-barka materna tieghi. Grazzi.
Il-Madonna bierket lil kull min kien prezenti u anke l-oggetti religjuzi li gabu bil-barka materna taghha.
Lulju 25, 2008 /  Section: Our Lady of Medjugorje Messages - Category: Monthly Messages
Gheziez uliedi! F' dan iz-zmien meta qed tahsbu dwar il-mistrieh fiziku, Jiena nsejhilkom ghall-konverzjoni. Itolbu u ahdmu halli qalbkom tixxennaq ghal Alla l-Hallieq, li Hu l-veru mistrieh ta' ruhkom u ta' gisimkom. Jalla Hu jirrivelalkom 'l wiccU u jalla jaghtikom l-paci tieghU. Jiena maghkom u nintercedi quddiem Alla ghal kull wiehed u wahda minnkom. Grazzi talli smajtu s-sejha tieghi.
Lulju 2, 2008 /  Section: Our Lady of Medjugorje Messages - Category: Mirjana
Gheziez uliedi, b' imhabba materna nixtieq inheggigkom biex thobbu lill-proxmu taghkom. J'Alla Ibni jkun l-ghajn ta' dik l-imhabba. Hu li seta' jaghmel kollox bil-qawwa, ghazel l-imhabba u takom ezempju. Illum ukoll permezz tieghi, Alla qed jesprimi lejkom tjubija bla limiti u intom uliedi obbligati twiegbu ghaliha. Bl-istess tjubija u generozita giebu ruhkom ma' l-erwieh li tiltaqghu maghhom. J' Alla mhabbitkom tikkonvertihom. B' dan il-mod Ibni u mhabbtu jirxuxtaw fikom. Grazzi.
Il-Madonna ziedet : "Ir-rghajja taghkom ghandhom ikunu fi qlubkom u f' talbkom."
Gunju 25, 2008 /  Section: Our Lady of Medjugorje Messages - Category: Monthly Messages
Gheziez uliedi! Illum ukoll, b' ferh kbir gewwa qalbi insejhilkom biex timxu warajha u tisimghu l-messaggi tieghi. Kunu messaggiera ferrieha tal-paci u l-imhabba f' din id-dinja bla sliem. Jiena maghkom u nberikkom flimkien ma' Ibni, is-Sultan tal-Paci.
Gunju 2, 2008 /  Section: Our Lady of Medjugorje Messages - Category: Mirjana
Gheziez uliedi, bil-grazzja ta' Alla, Jiena maghkom biex naghmilkom kbar, kbar fil-fidi u fl-imhabba, lilkom ilkoll. Intom li qlubkom saret iebsa daqs il-gebel minhabba fid-dnub u l-htija*, izda intom erwieh devoti, Jiena nixtieq indawwal b' dawl gdid. Itolbu biex it-talba tieghi tiltaqa' ma' qlub miftuha, halli Jiena nkun nista' ndawwalhom bil-qawwa tal-fidi u niftah il-moghdijiet ta' l-imhabba u t-tama. Ipperseveraw. Jiena se nkun maghkom.
*Hekk kif il-Madonna qalet dan il-kliem, Hi bdiet thares lejn dawk prezenti, li ghalihom dan jirreferi, b' harsa mimlija ugigh u dmugh f' ghajnejha.
Il-Madonna mbaghad bierket lil dawk kollha prezenti u l-oggetti religjuzi li gabu maghhom ghat-tberik.
<<Previous  1 2 3 4 5 6

 


Wap Home | Updates  | Medjugorje[EN]  | Messages  | News & Articles[EN]  | Videos[EN]  | Galery[EN]

Powered by www.medjugorje.ws